Introduzzjoni għall-kompetizzjoni

Il-perjodu tal-applikazzjonijiet ingħalaq. Ir-rebbieħa se jkunu mħabbra fil-11 ta'  Mejju 2010.

Il-Parlament Ewropew (www.europarl.europa.eu) u l-Fondazzjoni għall-Premju Internazzjonali Charlemagne ta' Aachen (http://www.karlspreis.de) se jistiednu ż-żgħażagħ mill-Istati Membri kollha tal-UE biex jipparteċipaw f'kompetizzjoni dwar il-kwistjonijiet tal-iżvilupp tal-UE, tal-integrazzjoni u tal-identità Ewropea.

'Il-Premju Charlemagne għaż-Żgħażagħ Ewropej ifittex li jħeġġeġ l-iżvilupp ta' kuxjenza Ewropea fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-parteċipazzjoni tagħhom fil-proġetti tal-integrazzjoni Ewropea. Il-Premju jingħata għal proġetti magħmula minn żgħażagħ li jkattru l-fehim, iħeġġu l-iżvilupp ta' sens ta' identità Ewropea maqsum bejniethom, u joffru eżempji prattiċi ta' ċittadini Ewropej li jkunu qed jgħixu flimkien bħala komunità waħda.

'Il-Premju Charlemagne għaż-Żgħażagħ Ewropej jingħata b'mod konġunt u annwali mill-Parlament Ewropew u l-Fondazzjoni għall-Premju Internazzjonali Charlemagne ta' Aachen.

Linji gwida dwar kif trid timtela l-formola tal-applikazzjoni

  1. Imla' d-dettalji personali għal individwu jew grupp. Żid jew naqqas l-ismijiet jekk hemm bżonn. Importanti! Kull grupp jew individwu għandu jimla l-formola tiegħu. Il-formoli li jimtlew minn sorsi esterni se jiġu rifjutati.
  2. Iddawnlowdja l-formola ''Dikjarazzjoni mill-Applikant'' (Dikjarazzjoni dwar l-Iffinanzjar mill-UE), imla l-informazzjoni kollha meħtieġa, iffirmaha, skenjaha u aplowdjaha bħala dokument mehmuż (attachment).
  3. Għad-dettalji tal-proġett, inti mitlub taplowdja d-deskrizzjoni sħiħa tiegħek bħala dokument mehmuż. Jekk hemm bżonn, ehmeż iżjed minn fajl wieħed. Il-formats appoġġjati huma: doc(x), pdf, xls(x), ppt, odt, txt, jpg, gif
  4. Jekk jogħġbok tinsiex tippreżenta sommarju tal-proġett tiegħek bl-Ingliż (EN), bil-Franċiż(FR) jew bil-Ġermaniż(DE). Importanti! Is-sommarju għandu jkun qasir iżda eżawrjenti, u għandu jkopri l-aspetti ewlenin tal-proġett tiegħek. Ta' spiss, is-sommarju huwa l-ewwel element li tosserva l-ġurija meta tkun qed tevalwa l-proġett.
  5. F'każ ta grupp jew proġetti multinazzjonali, il-proġett jista' biss jitressaq f'pajjiż wieħed.
  6. Wara li tkun imlejt l-informazzjoni kollha meħtieġa, ikklikkja fuq il-buttuna SUBMIT u stenna għall-messaġġ ta' konferma. Wara tkun tista' tipprintja kopja tal-applikazzjoni għar-rekords tiegħek.
 .